Futbol Sport

Investigazzjoni kriminali kontra Scolari

Il-kowċ tal-Brażil Luiz Felipe Scolari se jkun qed jiffaċċja nvestigazzjoni kriminali hekk kif qed ikompli jiċħad li evada t-Taxxa.

Hu mifhum li dawn l-allegazzjonijiet huma marbuta mal-perjodu meta Scolari mexxa lill-Portugall bejn l-2003 u l-2008.

Fi stqarrija pubblika Scolari qal, “Dejjem iddikjarajt id-dħul kollu tiegħi f’kull pajjiż li ħdimt fih.”

Dawn l-allegazzjonijiet waslu anqas minn xahar mill-ftuħ tat-Taza tad-Dinja li se ssir fil-Brażil.

L-uffiċċju tal-Prosekutur ġenerali fil-Portugall ikkonferma li bdew investigazzjonijiet kriminali kontra Scolari imma ma tax aktar dettalji.

“Ninsab assolutament konvint mid-dikjarazzjonijiet veritiera tiegħi. Jekk hemm xi ħaġa ħażina, żgur mhux min-naħa tiegħi,” qal Scolari fl-sitqarrija.