Futbol Sport

Jirreżenjaw erba’ membri mill-Assoċjazzjoni tal-Futsal

Is-Segretarju tal-Assoċjazzjoni nazzjonali tal-Futsal, Emanuel Fenech, f’ittra lil membri ħabbar li b’mod immedjat il-President Donald Spiteri, il-Viċi President Mark Borg, u t-teżoriera Vanessa Vassallo, irriżenjaw minn membri fil-karigi tagħhom mill-Assoċjazzjoni.

Fl-ittra, s-segretarju qal li din l-aħbar se jkollha konsegwenzi fuq il-futur tal-assoċjazzjoni, u bħala appoġġ lejn sħabu, ukoll tefa’ r-rizenja tiegħu.

Minkejja dawn ir-riżenji, l-membri tal-Bureau ser jibqgħu iservu fejn ikun hemm bzonn sal-aħħar ta’ dan l-istaġun.

Fenech, bħala Segretarju tal-Assocjazzjoni Maltija tal-Futsal ħabbar li fiż-żmien li ġej mistennija ssir laqgħa straordinarja biex jigi diskuss b’mod immedjat il-futur ta’ din l-assoċjazzjoni.

F’kummenti li ta l-President Donald Spiteri lil dan il-ġurnal qal li d-deċiżjoni li hu u sħabu jirriżenjaw ittieħdet minħabba serje ta’ raġunijiet, iżda ma xtaqx ikun speċifiku. Mistoqsi jekk l-assoċjazzjoni qattx kellha problemi mal-MFA dan qal li l-MFA kienet dejjem ta’ għajnuna.

Spiteri ikkonferma wkoll li l-bħala membri tal-Bureau għalissa se jibqgħu iservu fil-kariga għat-tliet ġimgħat li ġejjin, sakemm jiġi fi tmiemhu l-Kampjonat tal-Futsal nhar is-6 ta’ Ġunju li ġej u dan biex jingħata ċ-ċans meħtieġ biex jidħlu nies ġodda fit-tmexxija tal-Futsal f’pajjiżna.