Futbol Sport

Kaka u Robinho jitħallew barra mil-iskwadra Brażiljana

Iż-żewġ plejers ta’ AC Milan, Kaka u Robinho kienu fost l-imsijiet il-kbar li tħallew barra mil-lista proviżorja tal-Brażil għat-Tazza tad-Dinja f’pajjiżhom.

L-għażla ta’ 23 plejer li għamel Luis Felipe Scolari ma tinkludix ukoll lil Ronaldinho u l-midfielder ta’ Paris Saint Germain Lucas Moura li kien rpapurtat li sewa £32 miljuni s-sena l-oħra.

Il-midfielder Kaka li għandu 32 sena kien qed jittama li jilgħab fir-raba’ edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tiegħu.

L-erba’ Brażiljani ta’ Chelsea, id-difensur David Luiz, u l-midfielders Oscar, Ramires u Willian, kollha kienu nklużi.

Lucas Leiva kien inkluż fil-lista ta’ riserva ta’ 7 plejers imma sieħbu l-midfielder ma’ Liverpool, l-midfielder Phillipe Coutinho ma ntagħżlux.

Paulinho ta’ Tottenham u l-midfielder ta’ Manchester City Fernandinho, ukoll huma fl-iskwadra.

Fernandinho li għandu 28 sena lagħab darba biss mat-tim nazzjonali sa minn Frar tal-2012 u skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu f’partita ta’ ħbiberija fl-Afrika t’Isfel f’Marzu.
Il-Brażil għandhom sat-2 ta’ Ġunju biex jiddeċiedu jekk jagħmlux tibdil fil-lista finali ta’ 23 plejer li għad trid titħabbar.

Apparti Lucas, il-midfielder ta’ PSG Lucas Moura u d-difensur ta’ Bayern Munich Rafinha, jinsabu fil-lista ta’ riserva.

Il-ħames darbiet champions se jilagħbu kontra l-Panama f’partita ta’ ħbiberija fit-3 ta’ Ġunju u mbagħad it-tim ta’ Scolari jtemm il-preparazzjoni b’logħba kontra s-Serbja f’Sao Paulo tliet ijiem wara.

Il-brażil se jkun qed jilgħab fi Grupp A flimkien mal-Kroazja, l-Messiku u l-Cameroon.

Lamela u Tevez mhux inklużi
L-attakkant ta’ Tottenham Erik Lamela u dak ta’ Juventus Carlos Tevez tħallew barra minn skwadra proviżorja ta’ 30 plejer tal-Arġentina.

Lamela li għandu 22 sena ngħaqad ma’ Spurs għal somma rekord tal-klabbnta’ £26 miljun mingħand Roma s-sajf li għadda imma sofra serje ta’ injuries u beda biss f’għaxar partiti.
Il-kowċ Alejandro Sabella ma kkunsidrax lil Tevez minkejja li skorja 19-il gowl fis-Serie A dan l-istaġun u lanqas ma kein hem post għall-midfielder ta’ PSG Javier Pastore.

Id-difensur ta’ manchester City Martin Demichelis kien inkluż wara li rebaħ il-Premier League u minkejja li l-aħħar logħba ma’ pajjiżu kienet draw 1-1 fil-kwalifikazzjoni mal-Bolivja f’Novembru tal-2011.

Sabella għażel ukoll il-midfielders imweġġgħin bħal Fernando Gago, Augusto Fernandez u Angel Di Maria li qe djittamaw li jilħqu jirkupraw.

Is-sorpriża fl-iskwadra huma Franco Di Santo ta’ Werder Bremen, Gabriel Mercado ta’ River Plate u Fabian Rinaudo ta’ Catania imma mhux mistennija jkunu nklużi fil-lista finali.
L-Arġentina se jkunu fi Grupp F flimkien mal-Iran, il-Bożnja-Herzegovina u n-Niġerja.

Prandelli jsejjaħ lil Rossi
L-attakkant ta’ Fiorentina Giuseppe Rossi li għadu kemm irritorna minn injury serja issejjaħ fi skwadra proviżorja ta’ 30 plejer mill-kowċ nazzjonali Taljan Cesare Prandelli.

Wara li daħal bħala sostitut fil-final tal-Coppa Italia dan ix-xahar u lagħab żewġ partiti fis-Serie A, l-attakkant ta’ 27 sena kien konfermat minn Prandelli li b’sorpriża sejjaħ ukoll lil Antonio Cassano li l-aħħar li lagħab mal-Italja kien fil-Euro 2012. Magħhom hemm ukoll Giorgio Chiellini ta’ Juventus minkejja li ġie sospiż tliet partiti għal daqqa bil-minkeb fuq Pjanic ta’ Roma.

Kienu nklużi wkoll Ciro Immobile ta’ Torino l-aqwa skorer tal-Kamponat u Christiano Maggio ta’ Napoli. Id-debuttanti fl-iskwadra huma l-gowlkiper Mattia Perin ta’ Genoa, Romulo ta’ Verona u d-difensur ta’ Torino Matteo Darmian.

Franza mingħajr Nasri u Clichy
Il-midfielder Samir Nasri tħalla barra mill-iskwadra ta’ Franza jumejn wara li għen lil Manchester City jirbħu l-Premier League. Sieħbu mal-klabb Gael Clichy ukoll tħalla barra mill-kowċ Didier Deschamps.

Disgħa minn skwadra ta’ 23 jilagħbu fl-Ingilterra, fosthom l-attakkant ta’ QPR Loic Remy li dan l-istaġun kien misluf lil Newcastle.

L-ewwel logħba ta’ Franza fi Grupp E hi kontra Honduras fil-15 ta’ Ġunju u wara jmisshom kontra l-Iżvizzera u l-Ekwador.

Il-gowlkiper ta’ Tottenham Hugo Lloris, Mathieu Debuchy u Moussa Sissoko ta’ Newcastle, Partrice Evra ta’ United u d-difensur ċentrlai Mamadou Sakho ta’ Liverpool, kollha kienu inklużi. It-trio ta’ Arsenal, Laurent Koscielny, Bacaray Sagna u Olivier Giroud huma l-plejers l-oħra li jilagħbu l-Ingilterra.

Nasri kien ingħata tliet partiti sospensjoni għall-imġieba tiegħu waqt il-Euro 2012 u din il-ġimgħa kien bassar l-esklużjoni tiegħu.

Falcao mal-Kolombja
L-attakkant Kolombjan Radamel Falcao kien inkluż fl-iskwadra proviżorja ta’ 30 plejer minkejja li għadu qed jipprova jirkupra minn injury fl-irkoppa.

Il-plejer ta’ 28 sena ta’ Monaco ilu ma jilgħab minn meta ċarrat il-ligamenti f’Jannar. Imma l-kowċ Jose Pekerman inkludih fl-iskwadra li trid titnaqqas ta’ 23 fit-2 ta’ Ġunju.
Il-Kolombja jinsabu fi Grupp C flimkien mal-Greċja, Ivory Coast u l-Ġappun.

Mitroglu u Samaras inklużi
L-attakkant Konstantinos Mitroglou u sieħbu ma’ Fulham il-captain tal-Greċja b’132 preżenza Giorgos Karagounis kienu nklużi fi skwadra proviżorja ta’ 30 plejer. Mitroglu sieħeb lil-Cottagers f’Jannar u lagħab biss 120 minuta mat-tim li ġie relegat mill-Premier.

L-attakkant Georgios Samaras li se jitlaq lil Celtic fis-sajf ukoll kien magħżul mal-Greċja li se jkunu fi Grupp C mal-Kolombja, l-Ivory Coast u l-Ġappun.