L-eks midfielder ta’ Manchester United u PSV Eindhoven Park Ji-sung ħabbar li irtira mill-futbol. Park, li għandu 33 sena lagħab 100 darba mat-tim nazzjonali tal-Korea t’Isfel u hu magħruf għal mod ħabrieki li jilgħab bih f’nofs il-grawnd.
Staġun ilu Park kien ma’ PSV, l-ewwel klabb li miegħu kien lagħab fl-Ewropa fejn skurja żewġ gowls mal-klabb li spiċċa fir-raba’ post fil-kampjonat. Minbarra Man Utd u PSV Park lagħab ukoll ma’ Queens Park Rangers fl-Ingilterra. Park kien irtira mill-futbol internazzjonali fl-2011. Bla dubju l-aqa perjodu tal-karriera ta’ dan il-player kien bejn l-2005 u l-2008 fejn lagħab mar-Red Debils għal 203 darba u matulhom skurja 28 gowl. Park kien wieħed mill-players favoriti tal-eks manager ta’ Man Utd Alex Ferguson li kien jużah biex jitfa’ pressjoni fuq id-difensuri avversarji. Ma’ Man Utd Park rebaħ il-Premiership Ingliż erba’ darbiet u kien anke parti mit-tim li rebaħ iċ-Champions League fl-2008 kontra Chelsea.
//= $special ?>

