Ħadd ma weġġa’ f’serqa li seħħet dalgħodu minn workshop tad-deheb qrib il-Knisja tas-Sacro Cuor f’Tas-Sliema.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li għall-ħabta tal-11.30am, il-persuna li taħdem fil-workshop illarga ftit meta xi ħadd daħal u seraq xi biċċiet tad-deheb.
Kif ħa dak li seta’ jisraq, il-ħalliel ħarab mill-post. L-informazzjoni li għandna tgħid li l-valur tad-deheb misruq hu ta’ madwar €2,000. Il-Pulizija qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>

