Mill-anqas 200 ħaddiem ta’ minjiera tal-faħam privata f’Soma, fit-Turkija, mietu wara splużjoni kkawżata minn ħsara elettrika. Il-Ministru tal-Enerġija tal-pajjiż Taner Yildiz qal li fil-ħin tal-isplużjoni kien hemm fil-minjiera 787 persuna.
Hu ħabbar ukoll li minbarra l-vittmi, hemm madwar 80 persuna oħra li sofrew xi feriti kawża tal-isplużjoni. Matul il-lejl, gruppi tas-salvataġġ ħadmu qatigħ biex jeħilsu lil mijiet ta’ ħaddiema li għadhom maqbuda taħt l-art.
Il-Ministru Yildiz qal ukoll li l-ivvelenar tal-carbon monoxide kien il-kaġun tal-mewt ta’ numru kbir mill-vittmi. Għaldaqstant, saret ukoll ħidma biex l-ossiġnu jiġi ppumpjat fil-minjiera ħalli jgħin lil dawk maqbuda taħt l-art.
//= $special ?>

