Sport Sport Ieħor

Ulissi jirbaħ il-ħames tappa

It-Taljan Diego Ulissi ta’ Lampre għeleb l-isfida ta’ Cadel Evans ta’ BMC biex b’hekk rebaħ il-ħames tappa tal-Giro d’Italia. Għal Ulissi din kienet l-ewwel tappa li rebaħ din is-sena waqt dan il-Giro. Għal ħin twil Ulissi kien qed isegwi qabel ma lejn l-aħħar attakka lir-rebbieħ tat-Tour de France tal-2011 u eventwalment qabżu. Fit-tielet post spiċċa Julian Arredondo ta’ Trek.

Intant, l-Awstraljan Michael Matthews baqa` jokkupa l-ewwel post fil-klassifika ġenerali u dan qed igawdi vantaġġ ta’ tliet minuti fuq l-Olandiż Pieter Weening. L-istess Evans, li temm it-tieni fil-ħames tappa qiegħed fit-tielet post fil-klassifika overall.