Ir-runway ewlenija tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta kellha tingħalaq għal xi ħin wara li ajruplan tal-linja tal-ajru Lufthansa waqaf kawża ta’ ħsarat tekniċi.
MaltaRightNow.com jinsab infurmat li l-ajruplan kien fi triqtu lejn Frankfurt, meta nqalgħulu problemi tekniċi eżatt qabel ma nqata’ mill-art. Kawża ta’ dan, l-ajruplan kellu jitbattal mill-passiġġieri li kellu fuqu u ssejħet Fire Engine għal kull eventwalità.
//= $special ?>
