Ir-raġuni li ngaħta Norman Vella mis-Segretarju Permanenti tal-Ministru Manuel Mallia li kellu jitneħħa mill-PBS kienet li s-servizzi tiegħu fi ħdan is-sezzjoni tas-sezzjoni tal-Immigrazzjoni huma essenzjali. Dan fid-dawl tal-fatt li x-xogħol f’din is-sezzjoni bid-dħul ta’ Malta fiż-żona Schengen, x-xogħol f’din is-sezzjoni ġewwa l-ajruport ta’ Malta naqas u mhux żdied.
Sadanittant minkejja l-attakki li kienu jsiru minn xi oqsma tal-media dwar il-mod kif Norman Vella, illum kandidat għall-Partit Nazzjonalista għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huwa dejjem mexa kif suppost, anke bil-pariri lio kien jagħtih Marion Cutajar, li nħatar Kap taċ-?ivil mill-Gvern Laburista.
Dan ħareġ meta fil-Qorti kompla jinstema’ l-każ ta’ Norman Vella quddiem l-Kummissjoni dwar ix-Xogħol, dwar it-tkeċċija tiegħu mill-PBS. Il-kawża qed issir minn Norman Vella stess kontra l-Prim Ministru u l-PBS.
Vella qal li Joseph Muscat, meta kien Kap tal-Oppożizzjoni fl-2008 kien talab lill-Prim Ministru Lawrence Gonzi biex jagħti permess lil James Piscopo biex jaħdem ma’ Alfred Sant bħala Assistent Amministrattiv, u dan meta kien jaħdem mal-Air Malta.
Mhux talli tali talba ma ġietx aċċettata iħda Piscopo, li wara sar Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, ma tilef xejn mis-“seniority” kif tilef hu, qal Vella. Norman Vella qal li fis-sena 2006 kien jaħdem bħala uffiċjal tal-immigrazzjoni fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta.
Qal li dan huwa grad fiċ-ċivil, u li kien daħal jaħdem hemm wara li xi sena qabel kien iggradwa. Tenna li kien beda jaħdem “part-time” mal-kumpanija “Where’s Everybody –WE u beda jieħu sehem f’Xarabank. Fix-xhieda tiegħu qal li ta’ 16-il, sena beda jaħdem mal-media tal-General Workers’ Union, mal-ġurnal l-“Orizzont”.
Tenna li qabel l-elezzjoni tal-1996 kien jaħdem ukoll mal-istazzjon tal-Partit Laburista Super One. Kellu wkoll xi pożizzjonijiet fil-General Workers’ Union, fosthom kien “shopsteward” iżda beda ma jaqbilx mal-pożizzjoni li ħadet il-GWU u l-Partit Laburista fuq is-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea.
Fiż-żmien sħubija ta’ Malta kien hemm nuqqas ta’ qbil u hu rreżenja minn kull li kellu. Fl-2006 kien ukoll jaħdem fil-ġurnaliżmu u kien għamel ukoll intervista ta’ ħames minuti fil-programm Xarabank.
Hu qal li tant kellu n-namra ma’ programme ta’ dawn it-tip li kien lest li jaħdem, ukoll b’xejn. Qal li wara li għadda xi żmien Peppi Azzopardi ried idaħħlu fit-tim ta’ Xarabank.
Kienu wkoll offrewlu mpieg “part-time” iżda qatt ma xtaq li jitlef il-post mal-Gvern u tkellem ma’ xi nies li jifhmu regolamenti taċ-ċivil u qalulu li jeżisti leave bla ħlas. Fl-2007 kien applika, mad-direttur tiegħu, li kien il-Kummissarju tal-Pulizija u rreferih għand is-Segretarju Permanenti u kien qallu li jista’ japplika sakemm ma jtellax programmi dwar l-Immigrazzjoni.
Vella qal li dak iż-żmien ix-xogħol fl-ajruport kien diġa naqas sew għax Malta daħlet fiż-żona Schengen u kienu jieħdu ħsieb biss ajruplani minn pajjiżi li mhumiex tax-Schengen, għax issa kienu spiċċaw il-visa’s u l-kari ta’embarkazzjoni.
Huwa qal li kien irnexxielu jmur jaħdem mal-Mar il-WE u l-applikazzjoni tiegħu dejjem ġiet approvata . Tkellem ukoll mal-PSMC (Public Administration HR Office) u wara sar jaf li l-persuna li magħha irid japplika u jestendi l-permess kien il-Kap taċ-?ivil dak iż-żmien Godwin Grima.
Norman Vella fil-każ li fetaħil-kawża kontra l-Prim Ministru Joseph Muscat u l-istazzjon tal-istat fejn huwa qed jikkontendi li saret diskriminazzjoni politika kontrih, wara li tneħħ mill-PBS qal li huwa ta’ spiss kien jiltaqa’ mal-Kap taċ-?ivil preżenti Mario Cutajar u dan kien jgħidlu wkoll biex il-permess jipprova jmur iġibu mingħand Godwin Grima.
Fil-fart jien għamil hekk fuq pariri ta’ nies oħrajn, fosthom ta’ Mario Cutajar fejn dan qalli biex nagħmel hekk u nitkeb lil Godwin Grima, u l-permess kien ġie approvat. Qal li miegħu kien jaħdem l-ajruport ċertu Donald Spiteri fejn kien ħa l-permess u għal aktar minn tliet snin dan mar fiżjoterapista mal-Malta Football Association.
Wara kienu qalu lil Vella li jista’ japplika għal ħames snin u hekk għamel mingħajr ebda privilieġġ fuq ħaddieħor għax din kienet tgħodd għal kulħadd. Huwa qal li fl-2012 bejn il- privat u ċ-ċivil għażel li jmur iċ-ċivil u f’Awwissu daħal għax-xogħol mal-Gvern b’mod normali. Sadaniottant il-kollega tiegħu Doanld Spiteri iddeieda li jirreżenja baqa’ mal-MFA.
Meta kien qiegħed hemm saret talba mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru biex imur jaħdem mal-PBS. Qal li ma kien qed jiġi nfurmat b’xejn u kien bagħat għalih f’laqgħa nformali l-Kap Eżekuttiv tal-PBS Anton Attard. Tenna li dan kien beda proċess biex jieħdu fuq l-istazzjon nazzjonaliu.
Qal li wara l-31 ta’ Lulju 2012 li ma baqax imur għax-xogħol u meta kien qed jitkellem ma’ Mario Cutaja, li kien jagħtih pariri dwar x’għandu jagmel dan kien jgħidlu biex ikellem lill-Kap taċ-Ċivil.
Qal li t-talba tiegħui kienet ġiet approvarta u daħal il-PBS fl-10 ta’Settembru, 2012 bħala ġurnalist u producer f’li newsroom. Qal li kien jaqa’ taħt Natalino Fenech. Malli daħal hemm qalulu li kellhom proġett u staqsewh jixtieqx jagħmel programm. Għall-ewwel ħaseb lid an kien se jkun ta’ darba fil-ġimgħa u kien sorpriż meta qalulu kuljum.
Qal li dak iż-żmien il-PBS ma kellux Ma “studio” għal dan it-tip ta’ programm għax ma kienx għadu fetaħ il-“Creativity Hub” u għalhekk intuża li studio tal-WE, l-istess bħal ma jiġri llum fil-programmi tal-Malta Today, Times Talk li ma jsirux mill-PBS.
Qal li hu kien jirraporta lil Natalino Fenech u lil Bord Editorjali. Tenna li s-salarju kien jieħdu f’biċtejn. Il-Kundizzjoni kienet li ma jkollux paga anqas miċ-ċivil. Qal li tawh paga ta’ €16,000 fis-sena paga negozjata skont il-ftehim kollettiv tal-ħaddiema tal-PBS u kien qed jieħu bħall ħaddieħor allowance ta’ €100 għall-kull programm.
Dak iż-żmien qal li kien hemm min kellu daqsu, kien hemm min kellu €150 u anke €300 bħal ma hu l-każ illum. Meta kien bl-“unpaid” leave qabel kien mar mal-WE u mill-ewwel sar Production Manager u beda jaħdem ukoll fil-programm Biografiji, u ha diversi “awards kollha tal-ġurnalismu.
Qal li mal-Kap taċ-?ivil tal-lum, Mario Cutajar kien ikkollaboraq miegħu anke għal programm Biografiji tal-ex Prim Ministru Laburista Pawlu Boffa. Miegħu kien ħadmu wkoll anke Kurt Farrugia u Gino Cauchi.
Vella qal li bejn Ottubru 2012 meta ġie “deployed” mal-PBS u Ġunju 2013 kellu x’jaqsam ma 190 programm u programmi ta’ Xarabank u f’dawk id- disa’ xhur la kien hemm protesti jew lmenti minn xi partit. Lanqas f’ġsitt snin Xarabank, la protesti u lanqas libelli ma daħlu kontrih.
Vella qal li fi żmien tliet xhur l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika fil-programmi li kien jagħmel qabel l-elezzjonio kienu fit-tielet post tal-aktar popolari u minkejja lio dawn kienu fi ħin mhux popolari.
Huwa qal li l-aħħar ta’ Mejju sar jaf li ma baqalux ħafna hemm. U li l-kelma kienet li Silvio Scerri, iċ-Chief of Staff tal-Ministru Manwel Mallia ma riedux hemm. Huwa kien kiteb email dwar x’inhija l-pożizzjoni tiegħu u kien notifikat minn Kevin Mahoney, is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, li kien qallu li se jiġi trasferit mingħajr ebda raġuni.
Kien fis 6 ta’ Ġunju 2013 meta kien għad baqa’ xahar ta’ programmi u li kien hemm hemm applikazzjoni bies l-iskeda tkomplu biex dan ikompli jsir. Iżda kienu diġa dde.idew li jibatuh lura minn fejn kien.
Huwa tkellem wkoll dwar laqa’ li kien hemm preżenmti fiha Joseph Muscat meta kien Kap tal-Oppożzijoni, kien hemm ukoll Kurt Farrugia, James Piscopo u Gino Cauchi. Qal li Joseph Muscat kien irrabja ħafna miegħu għax hu kien ikkritika ħafna l-proposta tal-“living wage”.
Huwa tkellem ukoll kif kienu ġew “leaked” ċertu dettalji personali minn fuq il-file tiegħu għal fuq xi ġurnali u gażżetti lokali. Il-każ ikompli fl-4 ta’ġ Ġunju li ġej meta jkompli jixhed Norman Vella fis-2p.m.
//= $special ?>