Rosario Caruso, Sqalli ta’ 40 sena, baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li tressaq il-Qorti u wieġeb mhux ħati li mporta għal skop ta’ traffikar sitt kilos ta’ droga kannabis f’Malta. L-Isqalli li huwa minn Katanja u li huwa residenti s-Swieqi wasal lura Malta nhar it-Tlieta u kien imwaqqaf l-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn allegatament inqabad bid-droga.
L-Ispettur Nikolai Sant xela’ lil Caruso b’importazzjoni ta’ din id-droga għal skop ta’ traffikar, li kien fil-pusses tagħha f’ċirkostanzi li turi li ma kienitx għal użu personali tiegħu u li kiser il-kundizzjonijiet tal-liberta’ proviżorja. Huwa wieġeb mhux ħati quddiem il-Maġistrat Tonio Micallef Trigona. Għall-akkużat deheru l-Avukati Gianella de Marco u Gianluca Caruana Curran.
//= $special ?>

