Hekk kif fadal madwar tliet ġimgħat biex tibda t-Tazza tad-Dinja, eluf ta’ dimostranti reġgħu niżlu fit-toroq ta’ bliet ewlenin Brażiljani jipprotestaw kontra n-nefqa biex dan il-pajjiż jospita l-akbar avveniment sportiv fid-dinja. Il-Pulizija kellha tispara l-gass tad-dmugħ biex tferrex lid-dimostranti f’Rio de Janeiro, Sao Paulo u diversi bliet oħrajn madwar il-pajjiż.
Kelliema għad-dimostranti qalu li ma jridux jagħmlu ħsara fl-impjanti sportivi li nbnew għat-Tazza tad-Dinja, iżda jridu jqajjmu kuxjenza dwar in-nuqqasijiet serji li qed ibatu minnhom sezzjonijiet kbar tas-soċjetà. Hu stmat li ntefqu madwar $15-il biljun biex tittejjeb l-infrastruttura, bil-parti l-kbira minnha tiġi minn fondi pubbliċi.
Aktar minn 500,000 persuna mistennija jaslu fil-Brażil biex jassistu għat-Tazza tad-Dinja.
//= $special ?>

