L-awtoritajiet komunisti f’Beijing għamluha ċara li lesti jkomplu bl-aġir kontroversjali li qanqlet tensjoni kbira mal-Vjetnam u meta m’għandhom l-ebda intenzjoni li jirtiraw rig taż-żejt minn zona kkuntesta fil-Baħar tan-Nofsinar taċ-Ċina.
Dan meta l-Istati Uniti esprimiet tħassib serju dwar l-aħħar passi minn Beijing, bil-Viċi-President Amerikan, Joe Biden, ikun ikkwotat li l-ebda pajjiż m’għandu jirrikorri għall-miżuri provokattivi biex jinsisti bil-jeddijiet tas-sovranita fiz-zoni kkuntestati’.
Biden qal dan id-diskors lil Fang Fenghui, wieħed mill-ogħla Ġenerali tal-Armata Ċiniża li qed iżur l-Istati Uniti, u fejn wissa li l-ebda pajjiż m’għandu jippersisti b’aġir li jtellef il-paċi u l-istabbilta fir-reġjuni tal-Asja.
Madankollu ċ-Ċina wasslet il-messaġġ inekwoku li ‘t-tħaffir (għaż-żejt) se jkompli’ u minkejja n-numru tad-dimostrazzjonijiet ‘anti-Beijing’ li żbruffaw fil-Vjetnam f’dawn l-aħħar jiem – kultant bil-konsegwenzi fatali.
//= $special ?>

