Wara li lbieraħ MaltaRightNow.com irrapporta li l-Ministru Joe Mizzi ma jridx jagħti informazzjoni dwar il-kumpanija li l-Gvern se jikri mingħandha karozzi tal-linja, fi stqarrija l-kumpannija li qed tmexxi b’mod proviżorju t-trasport pubbliku kkonfermat li llum waslu Malta l-ewwel 11-il karrozza tal-linja minn dawn il-45 li nkrew għal sena. Fl-istqarrija, il-Gvern stess ikkonferma li kienu meħtieġa biex l-kumpannija tlaħħaq mad-domanda fix-xhur tas-Sajf.
L-istqarrija tgħid li l-karrozzi tal-linja li waslu Malta huma ‘Euro V’, b’xi wħud jesgħu 90 passiġġier, filwaqt li oħrajn jesgħu 45 passiġġier. Hu mistenni li dawn il-karrozzi tal-linja jiġu attrezzati bis-servizzi kollha u jibdew jintużaw mill-ewwel ġimgħa ta’ Ġunju. Malta Public Transport qalet li fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jaslu l-bqija tal-karozzi tal-linja mikrija biex dawn jkunu qed jintużaw kollha sal-aħħar ta’ Ġunju.
Imkien fl-istqarrija ma jingħad jekk dawn ġewx mikrija b’direct order, mingħand min u kemm se tiswa l-ispiża.
//= $special ?>

