Hekk kif għada, is-Sibt ser issir l-ewwel parti tal-votazzjoni biex jintagħżlu s-sitt Membri Parlamentari Ewropej Maltin f’numru ta’ residenzi tal-anzjani, illum il-Partit Laburista qed jikser jum is-silenzju f’dawn il-postijiet billi jqassam materjal ta’ propoganda tal-kandidati tiegħu, l-aktar tal-eks Mexxej Laburista Alfred Sant. Minn informazzjoni li għandu maltarightnow.com, l-Uffiċċju Elettorali tal-Partit Nazzjonalista, l-ELCOM għamel protest uffiċjali mal-Kummissjoni Elettorali dwar dan l-abbuż tal-Partit Laburista.
B’emendi fil-leġiżlazzjoni elettorali, ġimgħa qabel l-elezzjoni, għada se jkunu jistgħu jivvutaw dawk residenti f’San Vinċenz de Paule u fit-23 Dar tal-Anzjani li għandhom aktar minn 50 resident fihom.
Ir-residenti rreġistrati sas-Sibt li għadda f’San Vinċenz u f’dawn id-Djar tal-Anzjani se jkunu jistgħu jivvutaw fir-residenza rispettiva stess biex ikun evitat l-iskariċċ u d-diffikultajiet għar-residenti nfushom.
//= $special ?>