Qorti

Il-Qorti żżomm l-importazzjoni ta’ parts tal-karozzi minn dealers mhux awtorizzati

Il-Qorti laqgħet it-talba ta’ kumpanija biex ma tħalliex kumpanija mhux awtoriżżata timporta jew tbiegħ “parts” tal-karozzi Hyundai jew Kia fuq il-bażi li din mhijiex awtoriżżata tagħmel dan. L-Imħallef Lorraine Schembri Orland semgħet il-provi dwar kif il-kumpanija Mobis Parts Europe N.V. Cars International, kumpanija sussidjarja tal-Grupp Hyundai, kienet awtorizzata biex b’mod esklussiv tiddistribwixxi “spare parts” tal-Hyundai u KIA fl-Ewropa, inkluż f’Malta.

Il-Mobis irrappreżentat ukoll il-gruppi Hyundai u Kia li kienu s-sidien tat-“trademarks” għal Hyundai u Kia fejn it-tnejn li huma kienu reġistrati lokalment.

Mobis, DMD Autoparts u Daniel Zerafa kienu qegħdin jimpurtaw u jbiegħu “spare parts” mingħajr awtoriżazzjoni. Aktar minn hekk, il-“parts” li kienu qegħdin jimpurtaw ma kienux intenzjonati għas-suq Ewropew iżda għall-Asja. Fis-sentenza tagħha l-Qorti nnutat li l-Mobis kienet awtoriżżata biex tirrappreżenta f’Malta, kemm lil Hyundai kif ukoll lil Kia u dan f’dak li għandu x’jaqsam mat-“trademarks”.

Madankollu l-Mobis naqqset li tesebixxi il-ftehim esklussiv tagħha mal-Hyundai u l-Kia għad-distribuzzjoni ta’ “spare parts” fl-Ewropa. Ftehim bil-miktub kien jikkostitwixxi l-aqwa prova għat-talba tal-Qorti ma kienitx tista’ tipprojbixxihom milli jissuplixxu u jiddistribwixxu dawn l-ispare parts fuq il-bażi ta’ prova ndiretta.

L-Imħallef Schembri Orland innutat li “spare parts” importati u mqassma mill-kumpaniji kien u destinati għas-suq Korean u mhux dak Ewropej. Meta l-“parts” kienu sejrin ghas-suq Korean, kellhom fuqhom il-marka blue u kellhom ukoll kliem bil-Korean.

Il-“parts” li kienu ntiżi għas-suq Ewropew kellhom pakkeġġjar differenti u kellhom biss emblema. Aktar minn hekk il-parts li kienu destinati għas-suq Ewropew kellhom joqgħodu għar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea.