Il-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) esprima d-diżapprovazzjoni tiegħu għall-mod kif qed jiġu ttrattati l-għalliema tal-Iskejjel tal-Gvern fil-kwistjoni tal-maternity leave li jaqa’ fil-vaganzi tas-sajf.
Dan wara li l-għalliema fl-Iskejjel tal-Gvern li jiddeċidu ma japplikawx għall-maternity leave li jiġi kopert mill-vaganzi tas-sajf, ġew informati li se jitilfu l-maternity grant għax se jiġu kkunsidrati bħala persuni li mhux se jaħdmu fis-sajf. Dan minħabba li l-vaganzi tas-sajf huma meqjusa bħala ġranet tax-xogħol.
Din is-sitwazzjoni hi prova ċara ta’ diskriminazzjoni mhux biss kontra n-nisa in ġenerali, iżda wkoll bejn l-għalliema tal-Gvern u dawk li jaħdmu fl-Iskejjel tal-Knisja u tal-Privat, minħabba li għal dawn tal-aħħar diġà ntlaħaq ftehim mad-Dipartiment tal-Industrial & Employment Relations. L-MNPN spjega li dan juri kif iż-żewġ dipartiment tal-istess Gvern qed jimxu b’modi kompletament differenti minn xulxin, bl-aġir jiġbed ukoll il-kundanna tal-Union tal-Għalliema (MUT).
Il-MNPN fakkar fil-wegħdiet li saru mill-Partit Laburista fl-Oppożizzjoni, li jagħmel Gvern li jaqta’ l-burokrazija, li joħloq aktar family friendly measures biex aktar nisa joħorġu jaħdmu u jagħti opportunitajiet indaqs lil kulħadd.
//= $special ?>

