Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Muscat ma jitkellimx dwar “gidba” li nqabad fiha

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista giddbet lill-Ministru Owen Bonnici u lill-Prim Ministru Joseph Muscat li qalu li l-kuntratt ta’ Henley & Partners ma jistax jiġi ppublikat minħabba ordni fil-Qorti.

Imma ftit sigħat wara, waqt li kien qed jindirizza attività Laburista fil-Mellieħa, il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li ma jikkummentax u ma jweġibx dak li l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil iddeskriva bħala waħda mill-gideb ta’ dan il-Gvern.

U wara ċ-Ċina, issa l-Prim Ministru beda jsemmi lill-Vietnam bħala wieħed mill-pajjiżi li lesti jinvestu f’pajjiżna. Joseph Muscat qal li l-ekonomija tista’ tespandi jekk pajjiżna jagħraf jisfrutta u jiżviluppa settur ġdid – is-settur ta’ relazzjoni loġistika bejn is-settur tal-avjazzjoni u dak tat-trasbord. Muscat qal li dan hu possibbli li jsir minħabba li l-Freeport u l-Ajruport jinsabu ħdejn xulxin.