L-Afrika t’Isfel: Marda li qed tinfirex madwar id-dinja u li qed taffettwa l-banana, qed thedded li jkun hawn skarsezza ta’ din il-frotta.
Minħabba f’hekk saret laqgħa ta’ esperti internazzjonali fl-Afrika t’Isfel biex jippruvaw jikkontrollaw din il-marda li feġġet fil-Mozambique. Il-marda, il-Panama Disease jew Foc-TR4, feġġet fl-Asja fl-2005 u l-marda tista’ tkun ‘rieqda fil-frotta jew il-ħamrija, għal madwar tliet snin.
S’issa m’hemmx kura għall-marda u hemm biża’ li tasal fl-Amerika Latina fejn titkabbar il-maġġoranza tal-banana li tiġi esportata madwar id-dinja.
//= $special ?>