F’La Flecha fil-Patagonia, instab l-għadam ta’ dinosawru li hu maħsub li hu l-ikbar li qatt kien hawn. Skont l-għadam li nstabu, ix-xjentisti kkalkulaw li dan id-dinosawru kien twil 40 metru, għoli 20 metru u kien jiżen 77 tunellata.
Ix-xjentisti jemmnu li dawn il-fdalijiet huma ta’ speċi ġdida ta’ titanosaur. B’kollox instabu amdwar 150 għadma ta’ sebgħa minn dawn id-dinosawri li hu maħsub li kienu jgħixu 95 u 100 miljun sena ilu.
Ritratt meħud mill-BBC NEWS
//= $special ?>