Fi stqarrija llum, 17 ta’ Mejju, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Kontra l-Omofobija u t-Transfobija, il-Forum Opportunitajiet Indaqs Partit Nazzjonalista jistqarr li minkejja l-avvanzi li saru tul iż-żminijiet fir-rigward ta’ persuni LGBTI, bosta huma dawk l-individwi li f’diversi partijiet madwar id-dinja għadhom jiġu ppersegwitati, iżolati u abbużati minħabba fis-sesswalita’ jew l-identita’ tal-ġeneru rispettiv tagħhom.
Fi stqarrija il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista ifakkar li l-Partit Nazzjonalista ħadem permezz t’emenda kostituzzjonali sabiex jipproteġi persuni minn diskriminazzjoni abbażi tal-orjentazzjoni sesswali tagħhom. Filwaqt li jikkundanna kwalunkwe att ta’ vjolenza, diskrimazzjoni jew abbuż fuq bażi ta’ intolleranza lejn id-diversita’ sesswali, il-Forum Opportunitajiet Indaqs fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, jenfasiżża l-ħtieġa ta’ aktar edukazzjoni sabiex negħelbu kwalunkwe sentiment t’omofobija u ta’ transfobija. Huwa biss permezz tal-edukazzjoni li titrawwem soċjeta’ verament inklussiva li tkun kapaċi tapprezza l-ġmiel fid-diversita’ u li tapprezza l-persuna għal dak li hi indipendetament mill-orjentazzjoni sesswali tagħha.
Il-Forum Opportunitajiet Indaqs temm jgħid li jrid jieħu din l-okkażjoni sabiex jawgura lill-moviment Drachma f’għeluq l-għaxar anniversarju mit-twaqqif tiegħu.
//= $special ?>

