Lokali

San Ġiljan, jirbħu u jiddominaw

San Ġiljan Allcare…..15
Valletta United………..3
(4-1),(6-0),(3-1),(2-1)

San Ġiljan spiċċaw il-kampjonat fuq nota pożittiva meta b’wirja tajba ġabu fix-xejn lil Valletta u għelbuhom 15-3. San Ġiljan kellhom kampjonat xi ftit diżappuntanti wara li tilfu ż-żewġ konfronti diretti iżda din ir-rebħa tagħti ftit kurraġġ għal kampjonat tas-Sajf, B’din ir-rebħa San Ġiljan spiċċaw fit-tielet post b’9 punti tlieta iktar mill-Beltin. Minn naħa tagħhom Valletta wara li rritornaw mal-kbar laħqu l-għan tagħhom li jiġu fir-raba’ post iżda llum ħarġet id-differenza kemm irid jaqdef it-tim Belti biex ikun kompettiv biżżejed biex jerġa jiġġieled għal unuri wara ħafna snin.

San Ġiljan urew l-intenzjonijiet tagħhom minn kmieni u rebħu l-ewwel sessjoni 4-1 b’gowls minn Dowling, Matthew Zammit u doppjetta ta’ Dino Zammit bl-uniku gowl għal Valletta ikun id-dro momentarju ta’ Paolella. Il-Ġiljaniżi għalqu l-partita fit-tieni sessjoni b’sitt gowls mingħajr risposta biex daħlu jistrieħu 10-1 minn fuq.

Bir-riżultat deċiż il-kowċ Afric ta iktar spazju liż-żagħżagħ b’Valletta jippruvaw jagħmlu l-iskor iktar rispettabli. San Ġiljan rebħu wkoll l-aħħar żewġ sessjonijiet filwaqt li Valletta sa tmiem il-partita tilfu lil Michael Spiteri Staines, Clint Debono u Michael Rizzo fl-ewwel, fit-tieni u t-tielet sessjoni rispettivament.

San Ġiljan; D. Camilleri, C. Spiteri Debarro (1), A. Galea (1), K. Galea (3), K. Dowling (2), M. Zammit (2), K. Galea (1), A. Bianchi (1), P. Fava, Di. Zammit (4), J. Sammut, Da. Zammit, K. Mock

Valletta; R. Sciortino, R. Mock (1), M. Spiteri Staines, M. Rizzo, N. Bonello Ghio, S. Cahia, M. Cordina, C. Zammit, C. Debono (1), R. Scerri, D. Paolella, J.C. Farrugia, D. Abela

Referees; Ronnie Spiteri, Alex DeRaffaele