Lejliet iż-żewġ semifinali tal-kampjonat ewropew ta taħt is-17-il sena li qed isiru f’Malta, l-MFA tat-l-aħħar konferenza tal-aħbarijiet dwar dawn il-kampjonati li issa waslu lejn it-tmiem tagħhom. Il-kap Eżekuttiv tal-MFA Bjorn Vassallo qal li l-MFA hi ferm sodisfatta dwar l-attendenza li kien hemm s’issa għall-ewwel 12-il logħba tal-fażi tal-gruppi u sodisfatt iktar għall-kuntatt tajjeb li nbena bejn iż-żgħażagħ f’pajjiżna u l-futbol lokali, speċjalment l-imħabba lejn it-tim nazzjonali.
Tkellem ukoll Joe Cassar direttur tat-tournament li qal li l-UEFA kienet ferm sodisfatta s’issa dwar l-organizzazzjoni ta’ dan it-tournament. Cassar qal li l-Ħadd se tkun imfakkra l-Grassrouts Day b’għadd ta’ attivitajiet li jieħdu sehem fihom it-tfal bl-ewwel attivita qabel l-ewwel semi finali f’Ta’ Qali. Joe Cassar kellu wkoll kliem ta’ tifħir għat-tim tal-volontiera.
Tkellem ukoll Norman Saliba kap tat-taqsima tal-Marketing tal-MFA li qal li s-issa din il-manifestazzjoni kienet suċċess fejn sa issa’ attendew iktar minn 30 elf spettatur għal dawn il-logħbiet, fejn madwar 24 elf minn dawn ibbenefikaw mill-kampanja Reach Out. Hu qal li l-iktar logħba li għaliha attendew spettaturi kienet il-logħba Malta v Turkija li rawha ftit iktar minn tmint elef spettatur, filwaqt li kontra l-Ingilterra attendew sebat elef spettatur.
Hu stmat li wara ż-żewġ semi finali u l-finalissima n-numru ta’ spettaturi se jkun qabeż l-40 elf. Norman Saliba temm jgħid li r-riżultati miksuba qabżu anki l-istess asspettativi tal-organizzaturi. Hu qal li madwar 82 skola, 46 nursery tal-futbol u 25 kunsill lokali li organizzaw gruppi ta’ spettaturi għal dawn il-partiti.
Il-partiti minn dan il-Kampjonat Ewropej ikompli għada biż-żewġ semifinali li t-tnejn se jintlagħbu f’Ta’ Qali. Fis-5.45pm ikollna l-partita bejn il-Portugall u l-Ingilterra filwaqt lifid-8.45pm ikollna l-partita bejn l-Iskozja u l-Olanda. Il-finali tintlagħab l-Erbgħa 21 ta’ Mejju fl-Istadium Nazzjonali u tibda fis-7.00pm.
//= $special ?>