Lokali

Tittajjar mara fis-Swieqi

Mara titajjar f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Qasam fis-Swieqi.

L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12.30 p.m. fejn mara ttajjret minn vettura. Skond persuni li kienu fuq il-post qalu lil maltarightnow.com li l-mara spiċċat mixħuta fl-art b’xi ġrieħi f’rasha.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, kif ukoll ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.