Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Żjara fil-kumpless The Point, f’Tigne’ mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil

Illum wara nofsinhar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, żar il-kumpless The Point, f’Tigne’ Tas-Sliema. L-iskop ta’ din iż-żjara kien sabiex Simon Busuttil jiltaqa’ ma’ wħud mis-sidien tal-ħwienet u anke mal-ħaddiema, u jitkellem magħhom dwar il-qasam tan-negozju f’pajjizna.

Simon Busuttil kien akkumpanjat minn uħud mill- kandidati tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew fosthom Therese Comodini Cachia, Stefano Mallia, Francis Zammit Dimech u Norman Vella.

Id-delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista ltaqgħet wkoll ma’ Edwin Borg, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpless The Point u Ilona Debattista l-Marketing Executive, li minn naħa tagħhom spjegaw kif dawn l-erba’ snin kienu sfida għalihom iżda b’koperazzjoni mas-sidien tal-ħwienet, il-kumpless qed ikompli jirrijafferma ruħu bħala suċċess.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kellu l-opportunita’ wkoll li jitkellem ma’ uħud li dak il-ħin kienu qed jagħmlu l-qadi tagħhom, li minn naħa tagħhom rringrazzjaw lilu u lit-tmexxija tal-Partit talli qed ikunu oppożizzjoni kostruttiva.