Il-Korea ta’ Fuq talbet apoloġija għall-kollass ta’ blokk tal-appartamenti fi Pyongyang li seħħ ftit tal-jiem ilu u fejn jaħsbu li mietu u indarbu ammont kbir ta’ persuni.
Qed jingħad li l-inċident seħħ nhar it-Tlieta fid-distrett ta’ Phyongchon, iżda kien proprju lbieraħ li l-Aġenzija Ċentrali għall-Aħbarijiet (il-KCNA, tar-reġim Korean komunista) ħarġet bir-rapporti partikolari.
Għalkemm ma ngħatawx iċ-ċifri uffiċjali tal-vittmi, xi rapporti ma jeskludux li mietu ‘l fuq minn mitt resident f’dan l-inċident ‘li ħadd ma seta jimmaġina li kien possibli’.
Ħarġu wkoll ir-rapporti li l-kostruzzjoni tal-bini ‘ma żammitx mal-kriterji stabbiliti’ u li l-uffiċjali inkarigati ‘mexxew il-proġett b’mod irresponabbli’.
Hu rari ferm li l-Korea ta’ Fuq tikkonferma l-aħbarijiet lokali ta’ aspett negattiv’ u r-rapport uffiċjali tal-KCNA kien jinkludi l-apoloġiji daqstant ieħor rari min-naħa tal-Uffiċjali ewlenin tar-reġim komnunista.
Għalkemm il-KCNA ma spjegatx ir-raġuni wara l-kroll, mifhum li ċ-ċittadini fi Pyongyang huma ‘xxukkjati bil-kbir’, u li l-awtoritajiet lokali mexxew impenn ta’ salvataġġ intensiv fl-inħawi. Min-naħa tagħha, l-Korea t’Isfel qalet li l-blokk tal-appartamenti inkwistjoni kien għoli 23 sular u li kienu jgħixu fih ‘madwar 92 familja’.
//= $special ?>