L-attakkant ta’ Atletico Madrid Diego Costa se jitlef il-final taċ-Chamnpions League is-Sibt li ġej u kompla jixħet dubji dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tazza tad-Dinja.
Madankollu l-aħbar it-tajba għal Atletico hi li l-midfielder Arda Turan xorta jista’ jkun inkluż jekk juri li fiżikament hu tajjeb għal din il-finali.
Costa u Turan it-tnejn ħarġu jzappu fl-ewwel 25 minuta tad-draw 1-1 kontra Barcelona fl-aħħar logħba tal-kampjonat Spanjol li nkrunathom Champions is-Sibt u tal-ewwel deher bid-dmugħ f’għajnejgħ fuq il-bank wara li reġa’ weġġa’ l-hamstring.
Wara l-logħba l-president ta’ Atletico, Enrique Cerezo sostna li Costa se jitlef il-finali taċ-Champions League f’Lisbona waqt li Turan għandu jirritorna għat-taħriġ fi ftit jiem wara li ggrava injury f’qaddu kontra Barcelona.
Il-ġurnali Spanjoli kkwotaw lil Cerezo jgħid li Costa “se jagħmel mill-anqas ħmistax barra” u dan jixħet ukoll dubji dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tazza tad-Dinja.
Il-kowċ Spanjol Vicente del Bosque irid jikkonkludi l-iskwadra finali sat-2 ta’ Ġunju.
Costa skorja 36 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha għal Atletico dan l-istaġun waqt li Turan skorja disa’ gowls.
//= $special ?>