Il-Captain tan-nisa ta’ Hibernians FC Dionne Tonna, rebħet l-aħħar unur ta’ BOV Plejer tax-Xahar għall-istaġun 2013-14.
Hibernians urew id-dominanza tagħhom fil-Kampjonat BOV tan-nisa u Tonna rebħet dan l-unur għax-xhur ta’ Novembru, Diċembru u April filwaqt li Dorianne Theuma rebħet l-unur fi Frar u Marzu.
Tonna kienet ta’ ispirazzjoni kbira għal sħaba fil-playoff kontra Birkirkara, kemm matul il-partita regolari, kif ukoll waqt il-penalties.
//= $special ?>