Futbol Sport

Guardiola kuntent bis-suċċess

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Pep Guardiola ammetta li kien ferm kuntent bis-suċċess li kiseb f’perjodu daqstant qasir fil-karriera tiegħu bħala kowċ.

Guardiola ra lit-tim tiegħu jirbaħ 2-0 kontra Borussia Dortmund fil-ħin barrani tal-finali tat-Tazza Ġermaniża s-Sibt b’gowls ta’ Robben u Muller wara li aċċerta wkoll il-Bundesliga fl-ewwel staġun tiegħu mal-klabb.

Il-kowċ ta’ 48 sena issa rebaħ 18-il unur sa min meta ħa post Frank Rijkaard ma’ Barcleona qabel l-istaġun 2008-09 għalhekk insista li ma kellux ħajja faċli fil-Bavarja.

“Din hi l-ħames sena tiegħi bħala kowċ ta’ tim professjonali, is-sitt waħda overall bħala kowċ. F’sena minnhom kont qed immexxi t-tieni tim ta’ Barcelona. Wara erba’ snin naħdem mal-ewwel tim ta’ Barcelona, dan kien l-aktar staġun ta’ sfida li kelli fil-karriera. Il-Ġermaniż tiegħi għadu mhux tajjeb u għalhekk irrid nikkonvinċi l-plejers kull darba. Wara li Bayern rebħu t-treble l-istaġun li għadda taħt Jupp Heynckes, ma kienx faċli,” qal Guardiola li rrimarka li għad fadal lok ta’ ħanfa titjib fit-tim.