Is-servizzi inkarigati mill-emerġenzi fis-Serbja qed jinkwetaw dwar ‘mewġa ġdida ta’ għargħar’, meta l-ilma tax-Xmara Sava dehret qrib li tifqa’ l-madwar u fost ‘periklu qawwi’ għall-impjant ta’ Nikola Tesla, li hu l-akbar ġeneratur tal-enerġija fil-pajjiż.
Is-sitwazzjoni qed tqanqal tħassib kbir meta r-reġjun tal-Balkani għadda minn inċidenza ta’ għargħar storika: b’talanqas għoxrin persuni jitilfu ħajjithom u b’għexieren ta’ eluf oħra jkunu kostretti li jabbandunaw il-proprjeta tagħhom.
L-għargħar qed jaffettwa wkoll lill-Kroazja, bl-awtoritajiet f’Bosnia-Erzegovina jikkonfermaw li sensiela ta’ valangi (b’kaġun tal-għargħar) radmu d-djar waqt li qalgħu numru ta’ landmines li kienu ilhom taħt l-art mill-gwerrer tas-snin disgħin fil-Balkani.
Iċ-ċifra tal-mewt fis-Serbja u fir-repubbliki ġirien mistennija titla’ wara li fl-aħħar ġranet niżlet l-ekwivalenti ta’ tliet xhur xita fuq ir-reġjun. Intant, il-maltemp wassal għall-għargħar kontinwu mix-xmajjar, b’mijiet ta’ zoni residenzjali jkunu ddikjarati inaċċessibbli.
Filwaqt li x-xita waqfet fl-inħawi ta’ Belgrad, il-belt kapitali tas-Serbja, l-uffiċjali lokali jemmnu li l-gliegel tal-ilma mill-Kroazja u l-Bosnija kapaċi jixprunaw l-għargħar ġodda mix-Xmara Sava. Dan waqt li l-ħaddiema għall-emerġenzi, l-bieraħ, irrinfurzaw id-difiżi kontra l-għargħar fl-inħawi tax-xmara u fi bliet ożra bħal Sabac u Sremska – bil-Prim Ministru Serb, Aleksandar Vucic, jgħid li ‘qed isir minn kollox biex jevitaw id-diżastri ġodda’.
//= $special ?>