Il-Gvern ta’ Muscat qiegħed jaħbi dak li qiegħed jinħema li se jwassal biex fil-ġimgħat li ġejjin titħabbar ir-riżenja ta’ Peter Paul Zammit minn Kummissarju tal-Pulizija u minfloku mistenni jinħatar l-Assistent Kummissarju Ray Zammit iżda qed jissemma wkoll l-Assistent Kummissarju Pierre Calleja.
Sorsi li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalu li l-Kummissarju Peter Paul Zammit kien qiegħed jilmenta b’indħil u ordnijiet diretti mill-Ministeru tal-Intern filwaqt li rapporti oħra jsemmu li l-Gvern mhux sodisfatt bil-ħidma tal-Kummissarju.
Dan l-aħħar Peter Paul Zammit ma deherx f’impenji ewlenin li jikkonċernaw lill-Korp tal-Pulizija, b’rapporti li waslulna li l-Kummissarju tal-Pulizija ma attendiex għall-attività fl-Akkademja tal-Pulizija dwar ir-reinstatement ta’ eks-Membri lura fil-Korp u t-twaqqif ta’ Union għall-Pulizija. Jidher li l-Kummissarju diġà ressaq l-ittra tar-riżenja iżda din inżammet mistura mill-Gvern.
//= $special ?>