Lokali

Titreġġa’ lura l-provvista tal-elettriku wara ħsarat

Kmieni l-Ħadd filgħodu, diversi lokalitajiet madwar Malta esperjenzaw qtugħ fil-provvista tad-dawl. Il-qtugħ ta’ dawl seħħ fil-04:45 minħabba ħsarat f’ġonta ta’ cable 33kV li jwassal l-elettriku mill-Impjant lejn Santa Venera. L-inħawi milquta’ jinkludu partijiet minn l-Imrieħel, Ħal Qormi, Ħal Balzan, Ħal Lija, Ħ’Attard, Birkirkara, Santa Venera, San Ġiljan, Paceville, il-Gżira, Tas-Sliema u San Ġwann.

Permezz ta’ stqarrija, l-Enemalta qalet li l-ħaddiema tagħha intervjenew biex ireġġgħu lura l-provvista tal-elettriku. Waqt li skużat ruħha għal kull inkonvenjent, l-Enemalta rringrazzjat lill-impjegati tagħha għall-ħidma immedjata tagħhom biex ireġġgħu lura s-servizz lill-klijenti affettwati.

Aktar informazzjoni dwar l-Enemalta tinsab fuq www.enemalta.com.mt.