Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Filmat: Joseph Muscat injora għal kollox ir-ruling tal-iSpeaker tal-Parlament

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat injora għal kollox ir-ruling tal-Ispeaker tal-Parlament Anglu Farrugia li l-Kumitat Parlamentari ghall-Kontijiet Pubblici, li fih hemm maġġoranza ta’ Deputati tal-Gvern – għandu kull dritt li jagħmel talba lill-Gvern biex jippubblika, u jiddiskuti l-kuntratt li l-Gvern iffirma mal-kumpanija privata Henley & Partners.

F’attivita’ politika fir-Rabat, Muscat kien mistenni biex jaghti l-ewwel reazzjoni tiegħu għar-ruling li tal-Ispeaker dwar il-kuntratt li ffirma l-Gvern dwar il-bejgħ taċ-ċittadinanza Maltija. Muscat, iżda, għażel li jitkellem biss fuq l-elezzjoni ta’ nhar is-Sibt, u quddiem il-kandidati tiegħu għal din l-elezzjoni, reġa’ sostna li dik tas-Sibt hija kompetizzjoni, fi kliemu, bejnu u l-Kap tal-Oppozizzjoni Simon Busuttil. Erbatax-il xahar minn meta ha l-kontroll tal-pajjiz taħt idejh, Joseph Muscat qal li l-Gvern tiegħu ma kiser l-ebda wegħda mill-programm elettorali.

Madanakollu, ħarsa hħafifa lejn l-ewwel erbatax-il xahar ta’ Gvern Laburista, jsib li kien hemm bosta wegħdiet li nkisru. Wiegħed li l-Power Station se tibda’ taħdem bid-diesel. Iżda wara l-elezzjoni, l-Gvern iddecieda li jibqa’ juża l-heavy fuel oil. Wieħed politika u politiċi ta’ responsabbilta’ u kontabilita’. Iżda l-Gvern ta’ Muscat kien miżgħud b’Deputati u membri fil-Kabinett li m’għamlux id-dikjarazzjoni tal-assi fil-ħin. Kellu Segretarju Parlamentari li baqa’ jikser il-Kodiċi tal-Etika u baqa’ jagħmel ix-xogħol privat tiegħu. Għandu Ministru li sejjaħ vapur tal-Gozo Channel lura. U għandu Segretarju Parlamentari li uzat helikopter tal-Forzi Armati biex qasmet bejn Għawdex u Malta.

Joseph Muscat wiegħed impenn li jkun hawn ix-xogħol, u xogħol li jixraqlek. Iżda l-qgħad qiegħed jiċdied xahar wara l-ieħor. Tant li Malta waqgħet żewġ postijiet fost il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Wiegħed li l-Enemalta ma tkunx privatizzata. U ftit tax-xhur wara l-elezzjoni, ipprivatizza lill-Enemalta. Muscat wiegħed il-meritokrazija. Bil-lista ta’ persuni fi ħdan il-Grupp Parlamentari Laburista, uffiċjali, qraba u ħbieb li ħadu ħatra qiegħda dejjem tiżdied. Wiegħed li jieħu l-mediċini fid-djar. Meta numru kbir ta’ mediċini jinsabu out-of-stock, u l-ftit li hawn, qed jitqassmu mill-każini tal-Partit Laburista.

Iżda minkejja li fi ftit sekondi, wieħed jista’ jsemmi lista ma tispiċċa qatt ta’ wegħdi li nkisru matul l-aħħar 14-il xahar, skont Muscat, ma nkisret l-ebda wegħda.