L-Ispeaker tal-Kamra tar-Rapprezentanti Anglu Farrugia ta ruling dwar it-talba li kienet saret mic-Chairman tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubblici Tonio Fenech, fis-seduta ta’ nhar il-Erbgha li għaddiet, biex il-kuntatt iffirmat ma’ Henley and Partners ikun ippreżentat quddiemu.
L-Ispeaker iddeċieda li indipendentament minn xi kawżi pendenti li hemm fil-Qorti, il-kumitat xorta għandu s-setgħa li jiddeċiedi jekk il-kuntratt għandux ikun ippreżentat. Iżda s-Sedja saħqet li, għandu jkun il-gvern li jiddeċiedi jekk dan għandux iseħħ.
Fl-istess waqt, sostna l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappresentanti, ic-Chairperson tal-Kumitat għandu jkun kawt u jara li jitħarsu s-segretezza kummerċjali u l-interessi nazzjonali.
Fir-ruling tiegħu, l-Ispeaker argumenta, fost oħrajn, li mhux importanti jekk inħarigx digriet mill-Qorti jew le. Saħaq li l-Parlament hu sovran u jista’ jiddiskuti dak kollu li hu fl-interess nazzjonali.
Fi tmiem ir-ruling tal-Ispeaker, ic-Chairperson tal-Kumitat Tonio Fenech qajjem każ ta’ ksur ta’ privilegg kontra l-Ministru Owen Bonnici għax żgwida lill-kumitat meta qal li kien hemm digriet tal-Qorti biex dan il-kuntratt ma jkunx pubblikat meta, fil-fatt, ma kienx il-kaz.
//= $special ?>