Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Il-PN jilmenta mal-Awtorità tax-Xandir

Il-Partit Nazzjonalista llum ilmenta mal-Awtorità tax-Xandir rigward in-nuqqas ta’ deċiżjoni dwar ilment li kien ressaq fuq ix-xandir ta’ numru ta’ produzzjonijiet politiċi bit-tema “Issa Nista'” fuq l-istazzjon tal-istat numru ta’ ġimgħat ilu.

Fl-ilment inizjali tiegħu, il-PN kien sostna li x-xandir tal-produzzjonijiet “Issa Nista'”, fuq l-istazzjon tal-istat, ħoloq żbilanċ kontra l-PN u għalhekk talab li minnufih jingħata rimedju. Minkejja li l-ilment instema’ mill-Awtorità tax-Xandir fid-29 ta’ April 2014, sal-lum l-Awtorità tax-Xandir għadha ma ħadet l-ebda deċiżjoni.

Konsegwenza ta’ dan, kwalunkwe rimedju li jista’ jingħata mill-Awtorità mhux se jkun jista’ jintuża’ qabel l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew li se ssir is-Sibt li ġej.

Agħfas hawn biex tara kopja tal-ilment imressaq mill-PN.