Hekk kif bdiet l-aħħar ġimgħa tal-kampanja għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, Simon Busuttil wassal diskors sod u car fl-Isla qabel il-vot ta’ nhar is-Sibt, diskors li fih tkellem dwar l-importanza ta’ din l-elezzjoni sabiex jitwassal messaġġ car lill-Gvern.
Attivita’ li matulha Simon Busuttil irrefera ukoll għar-ruling tal-Ispeaker fil-Parlament, wara l-pressjoni li qed issir mill-Oppożizzjoni sabiex jigi ppubblikat il-kuntratt ta’ H&P b’rabta mal-bejgħ taċ-ċittadinanza.
Waqt l-intervista fl-Isla li tmexxiet mill-avukat Frank Psaila, Simon Busuttil fakkar fid-deċiżjoni tal-Kummisjoni Ewropea illi se twassal biex jonqsu l-inċentivi għall-industrija, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jisħaq li dan juri kemm il-Gvern ta’ Muscat qed ifalli fuq livell Ewropew.
Kuntrarju għall-mod kif innegozja Gvern Nazzjonalista, partikolarment sabiex il-fondi għal Għawdex jirduppjaw.
//= $special ?>