Raġel li b’żewġ sentenzi separati kien mar xahar u ġimgħa ħabs wara li nstab ħati mill-Qorti tal-Maġistrati li naqas li jagħti l-manteminet lil martu u lil ibnu, kien illiberat mill-Qorti tal-Appell Kriminali. L-Imħallef Michael Mallia ta din id-deċiżjoni fuq digriet li kien ngħata r-raġel ta’ 29 sena, li ismu mhux qed jissemma minħabba li hija kwistjoni familjari.
Il-każ dwar manteniment kien jikkonċerta x-xhur ta’ bejn Jannar u Frar tal-2013. Madankollu ħareġ li fiż-żewġ każijiet, irriżulta li d-digriet tal-Qorti tal-Familja biex ir-raġel jibda jħallas il-manteniment kien ingħata f’Ottubru tal-2013. Fiż-żewġ appelli li ressaq, ir-raġel argumenta li dawn il-każijiet huma preskritti. Huwa sostna li ġie notifikat nhar it-3 ta’ Settembru, meta suppost huwa ġie nofitikat jumejn qabel.
Fl-istess waqt, ir-raġel saħaq ukoll li l-manteniment li qed titlob martu huwa diġà mœallas. Huwa argumenta wkoll dwar il-piena ta’ xahar ħabs. Filwaqt li qal li huwa mhuwiex persuna kriminali, tenna li spiċċa f’din is-sitwazzjoni għaliex ġie mqarraq minn martu li qaltlu li ma kellux għalfejn iwieġeb għar-rikors li hija kienet ippreżentat fil-proċedura ta’ medjazzjoni peress li kienu se jirranġaw kollox bil-kelma t-tajba.
Ir-raġel qal li huwa emmen lill-eks mara tiegħu, iżda bla mistenni sab ma’ wiċċu manteniment bis-somma ta’ €400 fix-xahar. Huwa qal li dik is-somma ta’ setax iħallasha dak iż-żmien peress li kellu paga ta’ €850 fix-xahar, u wisq aktar illum li tilef l-impjieg tiegħu.
Huwa saħaq li qiegħed ifittex xogħol, u li jrid iħallas il-manteniment għal uliedu iżda f’somma li jkun jiflaħ b’mod realistiku.
Fid-deċiżjoni tagħha l-Qorti tal-Appell Kriminali qalet li f’dan il-każ ir-raġel ġie akkużat li ma ħallasx il-manteniment. Il-Qorti qalet li waqt li kien qiegħed jinstema dan l-appell, ġie quddiemha verbal tas-26 ta’ Marzu ta’ din is-sena, li kien jgħid li l-parti l-oħra infurmat lill-Qorti li kienet bidet proċeduri ta’ medjazzjoni f’Jannar tal-2013 u ma kinitx segwiet din it-talba b’kawża.
Sadanittant, il-Qorti tal-Familja tat digriet fejn iddikjarat li l-manteniment kellu jibda jitħallas minn Ottubru tal-2013. Il-Qorti nnotat li l-akkuża kienet li r-raġel naqas milli jħallas il-manteniment bejn Jannar u Frar tal-2013. F’dan il-kuntest il-Qortio irrevokat iż-żewġ sentenzi tal-Ewwel Qorti u lliberat lill-akkużat minn kull ħtija.
//= $special ?>