Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista saħaq dwar ir-ruling li għadu kemm ta l-Ispeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti dwar it-talba tal-Oppożizzjoni li jsir skrutinju dwar il-kuntratt li l-Gvern għamel ma’ Henley & Partners joħroġ konklużjoni ċara, li l-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi għandu l-poter jiddeċiedi hu jekk għandux jiġi prodott u diskuss kuntratt pubbliku jew le.
Għaldaqstant, il-Prim Ministru u l-Ministru Owen Bonnici m’għandhomx iktar fejn jinħbew wara allegat digriet tal-Qorti, li ma jeżistix, biex jibqgħu lura milli jiddiskutu l-kuntratt li l-Gvern għamel mal-kumpanija Henley & Partners, kuntratt li minnu kumpanija privata mistennija taqla’ mal-€230 miljun.
Fi stqarrija il-Partit Nazzjonalista temm jgħid li qiegħed jistenna li l-Gvern minnufih ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi il-kuntratt li l-Gvern għamel ma’ Henley & Partners għall-iskrutinju meħtieġ.
//= $special ?>