L-Awtoritajiet Taljani, għamlu talba għal raġel mill-Veneżwela, residenti Malta biex jiġi estradit lura lejn l-Italja. Skont il-Qrati Taljani, Diego Rugeri ta’ 38 sena, li qiegħed jgħix Malta kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li ngħataw mill-Qrati Taljani ta’ Trapani fi Sqallija.
Diego Rugeri ta’ 38 sena tressaq b’arrest quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke. Fil-konfront tiegħu nħareġ madnat ta’ arrest Ewropew mill-awtoritajiet Taljani.
Fi Frar li għadda, Rugeri kien ikkundannat erba xhur ħabs mill-Qorti ta’ Malta wara li kien instab ħati li ffalsifika dokumenti u għamel użu minn dawn id-dokumenti. Il-piena ta’ erba xhur ħabs intemmet it-Tnejn, 19 ta’ Mejju 2014.
Il-Qorti ordnat li Rugeri jinżamm taħt arrest preventiv. Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Mario Cuschieri u Edel Mary Camilleri, filwaqt li għall-akkużat qed jidher l-Avukat Stephen Tonna Lowell.
//= $special ?>