Il-Juventus Club Cuore Bianconero tal-Imrieħel waqqaf rekord nazzjonali hekk kif għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-32 kampjonat Taljan, li saru fi Sky Club f’Paceville, inqabeż l-ammont ta’ persuni li attendew is-sena li għaddiet.
Dawn l-ikbar ċelebrazzjonijiet f’pajjiżna bdew b’carcade minn Ta’ Qali u komplew f’Paceville b’dawk preżenti jsegwu l-logħba kontra Cagliari, il-preżentazzjoni tat-trofew kif ukoll party kbir mid-DJs JD Patrick u Gianni Zammit.
Imma l-klabb ma waqafx hawn u ħaseb ukoll li jagħmel ġest nobbli hekk kif laqa’ fi ħdanu membru ġdid; żagħżugħ li matul ħajtu għadda minn tbagħtija biex għen lill-familja tiegħi. Dan iż-żagħżugħ, Nicholas, minbarra li ngħata l-membership tal-klabb, ingħata wkoll merchandise uffiċjali tal-Juventus grazzi għall-J30 Shop filwaqt li l-klabb se jħallas lispejjeż kollha biex hu jitla’ Turin u jsegwi logħba tal-kampjonat tal-istaġun 2014/15.
Ilbieraħ ukoll ingħata bidu għall-kampanja ta’ tesseramenti għal-istaġun 2014/15. Il-klabb jappella lill-Juventini Maltin jingħaqdu mal-Juventus Club Cuore Bianconero, li għat-tielet sena kien l-ikbar familja ta’ Juventini f’Malta.
//= $special ?>