Lokali Saħħa

L-MUMN tikkundanna rapporti ta’ cyber bullyinh fil-konfront ta’ infermiera

Il-Union tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN) fi stqarrija kkundannat ir-rapporti li wasluluha minn infermieri ta’ Unit partikolari fl-isptar Mater Dei, li qed jispiċċaw vittmi ta’ cyber bullying. Dan ifisser li pazjenti qed jużaw mezzi ta’ komunikazzjoni teknoloġiċi, bħal siti soċjali biex jikkumentaw fuq l-infermieri b’mod offensiv.

L-MUMN qalet li hu inaċċettabli li minn fuq li l-infermieri jippruvaw jagħmlu minn kollox biex jipprovdu servizz tajjeb u kif suppost, jispiċċaw vittmi ta’ cyber bullying. Dan filwaqt li minbarra li jsir attakk fuq l-individwu qed titwaqqa’ għaċ-ċajt il-professjoni tal-infermieri.

Il-union fakkret li dawk il-pazjenti li jixtiequ jwasslu xi lment jistgħu jagħmlu dan billi jikkuntattjaw lit-taqsima tal-Customer Care li hemm f’kull sptar f’pajjiżna. L-MUMN appellat lill-infermieri biex jinjoraw dan it-tip ta’ atteġġjament min-naħa tal-pazjenti.