Internazzjonali

Libja: Ġlied qalil f’Bengażi u Tripli jħalli madwar 100 persuna mejta

Tmiem il-ġimgħa li għadda kien wieħed mimli ġlied qalil fil-belt Libjana Bengażi u l-kapitali Tripli. Dan qed iwassal għal pajjiż mimli b’kaos u ġlied li hu stmat li ħalla madwar 100 vittma.

Jidher li madwar 20 Membru Parlamentari Libjan inqabdu ostaġġ minn militanti mmexxija mill-eks Kurunell Khalifa Haftar. Skont il-Gvern Libjan, dak li qed iseħħ hu attentat ta’ kolp ta’ stat.

Madankollu, Haftar qed jinsisti li l-attakki saru biex il-Libja titnaddaf mill-estremisti Iżlamiċi.