Għawdex Lokali Xjenza u Teknoloġija

Proġett edukattiv b’xejn fil-kommunitajiet madwar Malta u Għawdex

IKIDS huwa tagħlim permezz tal-informatika mifrux fuq suġġetti akkademici. Waqt dan il-kors ta’ 6 ġimgħat isir użu minn siti eletronici u programmi biex it-tfal waqt li jkunu qed jilgħabu, jkunu qed jitgħallmu. L-kors jinkludi proġetti li tfal iridu jagħmlu fuq temi differenti fuq il-lokal tagħhom, l-ambjent ta’ madwarna etc.. Kors immirat għal tfal ta 4+ u 10 snin. Huwa antiċipat li l-fuq minn 4000 tifel u tifla din is-sena jattendu għal dan il-kors li jibda fl-Lulju.

TCTC, li hija l-kumpanija li qed tikkordina u torganizza dan il-progett, flimkien ma’ diversi organizzazjonijiet li jinkludi kunsilli lokali u l-gvern, qed tniedi dan il-progett illum, fl-lukanda ewlenija f’ tas-Sliema, bil-preżenza ta diversi sindki, kunsilliera, sponsors u partners f’ dan il-progett.

L-Onorevoli Stefan Buontempo saħaq fuq l-importanza li l-kunsilli jipparteċipaw aktar f’ attivitajiet socjo-edukattivi biex irrawmu aktar socjeta moderna. Bla dubbju, dan huwa l-futur il-quddiem. Il-kunsilli għandhom l-irwol li jkunu aktar parteċipi biex hekk ikunu wkoll hub għal tagħlim matul il-hajja ghac-cittadini kollha, mhux biss tfal, imma wkoll adulti u anzjani. Is-Segretarju Parlamentari ghal Gvern Lokali, qal li huwa ta’ pjacir għalih li jappoġġja inizzjattivi bhal IKIDS għax jemmen li t-triq il-quddiem għaż-żagħżagħ tagħna hija l-edukazzjoni u t-teknologija.

Preżenti għal din l-attivita’, l-onorevoli Jose Herrera, Segretarju Parlamentari għal Kompettitivita u Tkabbir Ekonomiku. Huwa faħħar l-inizjattiva IKIDS u qali li huwa ta’ pjaċir li qed jipparteċipa biex dan il-proġett ikun offrut għal tfal Maltin u Għawdxin. L-impenn tal-Gvern huwa li jkompli jisħaq fuq l-importanza tal-informatika u li nnaqqsu l-firda diġitali fis-socjeta’ tagħna. Iridu nkunu Gvern aktar modern billi nixprunaw ideat innovattivi, moderni u digitali li jwasslu l-quddiem pajjizna mhux biss fl-isfera lokali imma wkoll f’ dik internazzjonali.

David Agius flimkien ma Kristy Debono, kelliema għal Oppozzizjoni ukoll faħħru inizzjattivi bhal IKIDS. Huwa fi dmir tal-oppożizjoni li tappoġġja inizjattivi bħal dawn għas-socejta’ tagħna. L-importanza ta’ edukazzjoni fit-tekonologija hija ħafna mprotanti llum fost it-tfal u ż-żagħżagħ tagħna.

L-attivita ġiet organizzata mit-TCTC, skola ewlenija f’ pajjiżna fit-tagħlim u t-tixrid tat-tekonologija. Is-Sur Ray Abela, direttur maniġerjali tal-kumpanija qalilna li IKIDS huwa parti minn kullana ta’ proġetti li jsiru biex nippromovu socjeta aktar diġitali u inklussiva fl-IT. Jemmen ħafna li bħala pajjiż għad fadlilna biex verament nilħqu l-viżjoni ta’ e-society u li jkonna pajjiżna WIFI state. “Ilni nivvinta proħett wara l-ieħor għal dawn l-aħħar 20 sena f’ pajjiżna, ngħallmu l-kulħadd permezz tat-televizjoni permezz a’ CLICK u mhux biżżejjed. Importanti li id f’ id nkomplu nikkrejaw progetti ta tagħlim biex noħolqu opportunitajiet aħjar għas-soċjeta tagħna kollha!”

L-applikazzjonijiet għal dawn il-kors jibdew jintlaqaw mill-kunsilli rispettivi mis-26 ta’ Mejju u jagħlqu f’Ġunju. Wieħed jista japplika mill-internet www.ikids.com.mt