Żġur li kulħadd jemmen li l-anzjani tagħna għandhom jingħataw l-aħjar kura u kumdita’ b’turija ta’ radd ta’ hħajr għal dak li jkunu għamlu għas-soċjeta’ aktar kmieni tul ħajjithom.
Iżda jidher li mhumiex tal-istess fehma l-Gvern u l-uffiċjali tiegħu responsabbli mill-anzjani f’San Vincenz de Paule !
Dan hekk kif kollox jindika li l-anzjani f’sala partikolari is-‘Serenity Hall’ issa lanqas biss se jibqagħlhom fejn jiltaqgħu biex jitkellmu ftit bejniethom u mhux se jitħallew iktar ikomplu jaraw it-televixin, jisimgħu r-radju, u jieklu flimkien, hekk kif jidher li ttieħdet deċiżjoni li jingħalaq l-uniku spazju fejn setgħu jagħmlu dan, il-kamra tal-ikel li sal-lum hemm f’din ir-residenza.
Qraba ta’ anzjani residenti f’San Vincenz li tkellmu ma’ dan l-istazzjon spjegaw kif l-amministrazzjoni tal-isptar għadha kif ħarġet ordni biex din il-kamra, li hi wkoll ta’ żvog għall-anzjani, għax tagħti fuq il-ġnien tar-Residenza, tingħalaq ħalli minflok, tinbidel f’sala oħra.
Din il-kamra mistennija tingħalaq fl-4 ta’ Gunju li ġej u minkejja li l-anzjani kienu qed jittamaw li mal-għeluq ta’ din il-kamra se jkollhom ic-cans jużaw kamra oħra biex jirrilassaw ftit mar-residenti l-ohħrajn, jidher li dan mhux se jkun il-kaz lanqas !
Il-qraba li tkellmu magħna qalu li meta whud mill-anzjani taghħhom staqsew lill-amministrazzjoni issa fejn se jkunu jistgħu jieklu u jiltaqgħu ftit, it-tweġiba li ngħataw kienet din”issa kulħadd jiekol fil-kuridur, jew magenb is-sodda tiegħu.”
Din id-deċizjoni qanqlet rabja fost l-anzjani u anke l-qraba tagħhom, b’dawn tal-aħħar qed isostnu li għall-wegħdiet bl-addoċċ li għamel il-Partit Laburista mill-Oppozizzjoni, issa qed ibatu wkoll l-anzjani.
Dan għaliex, minkejja li għadha mhix cara r-raġuni ufficjali wara din id-deċizjoni, x’aktarx li kienet il-wegħda li saret qabel l-elezzjoni ma’ ħafna nies li jdaħħluhom f’San Vincenz – wegħda li issa l-Partit Laburista qed jinduna li ma jistax jonora, li wasslet għal din is-sitwazzjoni. Hekk kif il-Gvern u t-tmexxija tar-residenza ndunaw li m’hemm biżżejjed spazju, u l-uniku post li kien iservi ta’ żvog għall-anzjani, se jkollu jinbidel f’sala biex jiddaħħlu aktar sodod !
Dawk li tkellmu magħna fakkruna wkoll fi problemi oħra li qed jiltaqgħu magħhom ir-residenti f’San Vincenz….fosthom li mhux isibu l-pilloli meħtiega…u anke f’dan il-kaz, mhux talli dawn mhux qed jitwasslu fid-djar u r-residenzi b’xejn, kif kien imwiegħed, imma talli kulma jmur dejjem qed ikunu out-of-stock.
//= $special ?>