Lokali

Aktar minn €600 misruqa waqt hold-up f’lukanda f’Tas-Sliema

Arkivji

Night Receptionist impjegata ta’ lukanda fi Triq ix-Xatt f’Tas-Sliema spiċċat vittma ta’ hold-up matul il-lejl li għadda.

Il-każ seħħ fit-3.15am fil-lukanda 115 The Strand, meta żewġ persuni daħlu fil-lukanda b’wiċċhom mgħammad u armati bi strument li jaqta’ u bil-ponta biex jitolbu l-flus lill-impjegata.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident, filwaqt li hu stmat li l-flus misruqa jammontaw għal aktar minn €600. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.