Il-Pulizija qed tinvestiga serqa li seħħet matul il-lejl li għadda mill-Bar tal-Uffiċċju tal-Partit Nazzjonalista fin-Naxxar.
Minn informazzjoni li għandu MaltaRightNow.com jirriżulta li matul il-lejl li għadda, persuna jew persuni mhux magħrufa sgassaw ix-shutter tal-ħadid li jinsab fi Vjal il-Labour u baqgħu deħlin fil-Każin.
L-informazzjoni li għandna tgħid li l-persuni nvoluti daru mal-Każin iżda wara li ma sabu xejn x’jisirqu, ħadu biss xi xorb u flus kontanti. Il-każ kien irrappurtat lill-Pulizija, li bdew l-investigazzjonijiet tagħhom.
(Ritratt: minn Facebook)
//= $special ?>