Elezzjoni Parlament Ewropew 2014 Lokali

Il-KNŻ b’pubblikazzjoni dwar l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew

Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ (KNŻ), ħeġġeġ liż-żgħażagħ sabiex joħorġu jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew li se jsiru nhar is-Sibt 24 ta’ Mejju. Bħala parti mill-kampanja tal-League of Young Voters, il-KNŻ għamel tnedija ta’ publikazzjoni “Meet the Candidates”. Din il-publikazzjoni tgħin sabiex iż-żgħażagħ isiru jafu aħjar il-kandidati għall-Parlament Ewropew.

Id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea issarfet f‘ħafna opportunitajiet ġodda għaż-żgħażagħ. Il-KNŻ jemmen fl-inklużjoni taż-żgħażagħ u jridu li permezz ta’ din il-kampanja dawn ikunu aktar inklussivi fis-soċjeta’. Hu ta’ sodisfazzjon li partiti politiċi differenti ngħaqdu għal din il-kampanja.

Din il-kampanja hi ukoll fuq l-Aġenda tal-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ u pajjiżna se jkun qed jipparteċipa f’ din il-kampanja flimkien ma’ pajjiżi oħra.

Preżenti għat-tnedija kien hemm l-kandidati tal-Partit Nazzjonalista Therese Commodini Cachia, Helga Ellul, rappreżetant tal-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista Matthew Spiteri u rappreżentata mill-Forum Żgħażagħ Laburisti Naomi Cachia.