Sport

Isiru l-Kampjonati Nazzjonali tal-Karate

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Kulleġġ Savio, l-Federazzjon Maltija tal-Karate organizzat il-Kampjonati Nazzjonali. Għal dan l-avveniment ħadu sehem 150 atleta minn disa’ klabbs membri tal-Federazzjoni Maltija. Dawn kienu l-klabbs ta’ Balzan, B’Kara La Salle, Mġarr, Paola, Pembroke, Rabat, San Ġwann u Żebbuġ.

Il-President tal-Federazzjoni Kenneth Abela qal li l-mira hi li jinvestu fl-atleti bili jipprovdu lill-membri b’opportunitajiet ta’ taħriġ professjonali ħalli jaċċertaw minn livell tekniku għoli.

Il-kummissjoni arbitrali kienet kontrollata minn Sensei Anthony Zammit li hu membru tal-ġurija kwalifikat fi ħdan il-Federazzjoni tal-Karate li hi rikonoxxuta u affiljata direttament mal-Kumitat Olimpiku Malti.

Għal din l-attivita` attenda wkoll is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius u l-kelliem tal-Isport għall-Opożizzjoni Robert Cutajar.