Raġel mir-Rumanija u li huwa residenti Wied il-Għajn, kien illiberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sentejn wara li ammetta li fil-lejl ta’ bejn l-14 u l-15 ta’ April li għadda, fi Triq il-Latmija, Ħaż-Żabbar seraq karru ta’ dgħajsa.
Dan Petrila ta’ 38 sena, qal li huwa seraq il-karru minn quddiem dar f’Ħaż-Żabbar għax ħasabe li dan huwa abbandunat, u li iżda huwa propjeta’ ta’ ċertu Andro Galea. Huwa ammetta li seraq il-karru u anke għamel alterazzjoni fiħ, b’dannu ta’ €234 għal sidu.
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Audrey Demicoli odrnat lil Petrila biex jagħti lura l-karru lil sidu u jħallsu s-somma ta’ €234 ta’ alterazzjoni li għamel fih. L-Ispettur Robert Said Sarreo mexxa l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukat Roberto Montalto deher għar-Rumen.
//= $special ?>