Raġel ta’ 38 sena minn Ħal Tarxien u mara ta’ 22 sena mill-Ingilterra weġġgħu wara inċident tat-traffiku li fih, ir-raġel, li kien qed isuq minibus tilef il-kontroll tal-vettura u baqa’ dieħel ġo arblu.
Ir-raġel kien qed isuq fid-direzzjoni tal-Mellieħa, bl-inċident seħħ f’Telgħet ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar għall-ħabta tal-4.14 ta’ waranofsinhar.
Il-mara li kienet passiġġiera fil-minibus ukoll sofriet xi ġrieħi madanakollu la x-xufier u l-anqas il-passiġġiera ma jinsabu fil-periklu tal-mewt.
Ir-raġel madanakollu ttieħed l-isptar għal aktar kura.