Internazzjonali Xjenza u Teknoloġija

Membri tal-militar Ċiniż akkużati b’hacking ta’ kompjuters ta’ kumpaniji Amerikani

L-Istati Uniti akkużat ħames membri tal-militar Ċiniż li għamlu hacking ta’ kompjuters ta’ kumpaniji Amerikani biex jaċċessaw informazzjoni kummerċjali sigrieta. Qed jingħad li s-serq ta’ din l-informazzjoni sigrieta sar biex jiġu aġevolati kumpaniji tal-Istat Ċiniż, bir-rizultat li ntilfu mpjiegi fl-Istati Uniti fil-qasam tal-azzar u prodotti solari, fost oħrajn.

Din il-mossa rrabjat lill-awtoritajiet Ċiniżi, li ssospendew il-koperazzjoni tagħhom mal-Istati Uniti f’dan il-qasam. L-Istati Uniti qed titlob li l-ħamest irġiel jintbagħtu l-Amerka u sostniet li se tuża’ l-mezzi kollha tagħha biex jinġiebu quddiem il-ġustizzja jekk iċ-Ċina tirrfjuta milli tibgħathom.